Kantanta, mudella u attriċi. Michela Galea tul il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena kienet waħda mill-mistiedna ta' Ryan u Josmar fuq Sibtek. Il-programm ta' kull nhar ta' Sibt. Michela waqt il-programm ta' Ryan, emozzjonat ruħha u kważi nfaqgħet tibki meta tkellmet fuq esperjenza personali mmens.

"Is-sena l-oħra kont għaddejja minn ħafna perjodi differenti, kont qed nitlef il-motivazzjoni lejn l-iktar affarijiet li nħobb, u hemmhekk għidt hemm xi ħaġa ħażina biex qed nitlef il-motivazzjoni lejn l-iktar affarijiet li nħobb... li kont immur inkanta u ngħid iġri neħles ħa nilħaq immur id-dar... inkun rehearsal u ninfaqa' nibki ma nafx għalfejn," hi tgħid li kien żmien ikrah ħafna u għarfet li hemm bżonn li tagħmel xi ħaġa.

Hi tgħid li kellha ħajjitha mimlija b'ħafna affarijiet sbieħ allura ħadet azzjoni. Hi tistqarr li marret tkellem psikoloġista u tistqarr, "hija waħda mill-iktar affarijiet sbieħ li qatt għamilt f'ħajti." Hi tgħid li kienet tibża' tagħmel dan il-pass iżda llum il-ġurnata tgħid kemm wieħed iħossu tajjeb li jagħmel dan il-pass.

Hi tirringrazzja lill-familjari tagħha u l-ħbieb tagħha li kienu hemm ta' sapport! Hi tistqarr li l-Covid ukoll għenitha tapprezza l-affarijiet żgħar fil-ħajja.


Gwida.mt