Din id-darba l-esploratur Pierre Farrugia jesplora dawk li jidher li huma katakombi li jmorru lura għal żmien il-Bronż. Katakombi li jinsabu taħt Forti Mosta.

Pierre jibda l-vlog tiegħu mill-Ġnien tal-Għarusa fil-Mosta, imbagħad isegwi l-Victoria Lines. Kif jispjega u kif jidher fil-filmat mhix vjaġġ daqstant faċli, l-aktar minħabba n-natura tal-art u tal-veġetazzjoni.

Pierre Farrugia 1

L-esploratur lokali jispjega aktar dwar il-fażi fejn tasal lejn il-katakombi. "Meta ssib dawn il-katakombi, issib 2 daħliet. Qrajt ukoll onlajn li hawn fuq seta' kien hemm ċittadella ta' Żmien il-Bronż li darba kienet tneħħiet biex tinbena Forti Mosta, għalkemm qatt ma nstabet evidenza uffiċjali."

Pierre Farrugia 2

Pierre jeħodna f'dawn iż-żewġ daħliet imsemmija. "Bejn il-ħitan wieħed jista’ jinnota li nqatgħu ħofor fil-blat, xi wħud skont kif jgħidu ntużaw għall-ventilazzjoni," spjega Pierre.

Dawn il-katakombi huma ppreservati tajjeb ħafna u japplika l-Leave No Trace Principle, l-aktar sabiex ikollhom importanza storika. Araw aktar fil-filmat hawn taħt għal kif kompla l-avventura tiegħu Pierre:


Kyle Zarb