Id-DJ lokali Ryan Spiteri tkellem waqt Awla rigward l-irwol tiegħu f'diversi festi Maltin, fejn ikun imqabbad idoqq il-mużika u jqajjem briju. 

Ryan isemmi li qatt ma kien akkanit kbir tal-festi, u għalkemm ġieli jattendi xi festa l'hawn u l'hemm, mhux it-tip li jmur kull festa li tasal.

"Xogħli li noħloq il-brijju... Indoqq diski li jekk hemm xi ħadd t'10 snin, 50 sena, 60 sena, l-unur tiegħi li nġiegħelu jkanta, jċapċap u jaqbeż miegħi," Jgħid Ryan. 

Isemmi anke li jaqbel li kultant tinqala' kontroversja dwar li DJ idoqq ġo festa tradizzjonali. Erġa' segwi Awla tal-bieraħ HAWN

Facebook/ Ryan Spiteri (Rewind)


Kyle Zarb