Ilbieraħ f'Division 7 bla ħsieb ta' xejn spiċċajna rajna imitazzjoni mill-aqwa taz-Zija TT! Iz-Zija TT jidher li ma kellhiex idea li t-tim wara Division 7 irnexxielu jinkludiha waqt is-sensiela popolari tagħhom.

Dalgħodu, Terry ta' Bormla magħrufa aħjar bħala z-Zija TT, kitbet sabiex tirringrazzja lit-tim tal-produzzjoni talli inkludew imitazzjoni tagħha. Imitazzjoni perfetta fl-opinjoni sinċiera tagħna.

Iz-Zija TT kitbet, "Grazzi Soraya ta' Division 7 ta' dik l-imitazzjoni tiegħi li għamilt ilbieraħ waqt il-programm. Kemm inħossni kburija."

Hawn u ngħiduha kif inhi, qaxxritha l-parti Soraya. Eżatt qisha z-Zija TT żgur mhux forsi li tifqa' bid-daħk! Żewġ karattri li huma tant u tant maħbuba mill-Maltin, kemm iz-Zija TT u anke Soraya.

Facebook / Terry ta Bormla


Emil Calleja Bayliss