Fost l-attrazzjonijiet li għandna f'Malta nsibu dik ġewwa l-belt kapitali tagħna, il-Funtana tat-Tritoni. Dawn it-tlieta ilhom snin twal hemm, u l-produttur Malti Bradley Spiteri ddeċieda li joħloq ġrajjiet li kapaċi jgħaddu minnhom it-Tritoni.

Fl-ewwel trailer li ġie ppubblikat, Ġanni, Karmnu u Toni jitkellmu dwar mara li poġġiet fuq il-funtana biex taqra l-gazzetta. Ġanni jikkummenta dwar l-ilbies tagħha kif ukoll dwar xagħarha bjond. Karmnu jgħid li forsi ġiet biex tistrieħ għax kienet għajjiena. Mill-banda l-oħra Toni prova jwiddeb lil Ġanni ma jgħidx kontra n-nies, u jidher li prova jkun aġġornat mill-gazzetta.

Il-produttur Bradley kiteb, "L-ewwel dehra lejn is-sensiela ĠDIDA tad-daħk għall-Maltin u l-Għawdxin Il-Ġrajjiet tat-Tritoni. Kieku jien noqgħod attent x'ngħid ħdejn il-funtana. Għax it-Tritoni kollox jisimgħu! Lesti biex tiġu fuq din l-avventura komika magħna? Aqsam l-opinjoni tiegħek fil-kummenti."

Segwi hawn taħt:


Kyle Zarb