Il-preżentatriċi Valerie Vella kienet mistiedna waqt il-programm Manicolo & Co. Valerie u l-preżentatur Jurgen Manicolo tkellmu dwar it-tfulija tagħha u jsemmu dwar kemm kienet ta' rasha.

Valerie tistqarr li dik hi xi ħaġa li ma nbidlitx fiha u għadha hekk sal-lum. Apparti minn hekk, waqt il-programm Jurgen semma' recording ta' kasett lil Valerie, tagħha tkanta meta kienet tifla.

Għall-ewwel meta semmielha dan ir-recording, ma setgħetx tiġi fiha liema kien, mentri malli semgħet l-ewwel noti, għarfitu minnufih! Nostalġija kbira waqt Manicolo & Co! Segwu aktar hawn taħt:


Kyle Zarb