Jidher li Sean u Ira rnexxielhom iżommu minnha sigriet kbir, għax għadhom kif iżżewġu! Dan tista' tgħid li hu t-tieġ li Malta kollha kienet qed tistenna... it-tieġ li forsi bil-ġenn li għaddej fil-pajjiż bħalissa, qisu ħadd ma rrealizza li kien ġej. Dawk li kienu jafu żammew kollox sigriet.

Insomma, xi ħaġa bħal din nistennewha biss mingħand Ira! Ir-relazzjoni ta' Ira u Sean tmur lura għal madwar ħames snin ilu, fejn l-imħabba ta' bejniethom kibret matul is-snin. Tant hu hekk li kellhom lit-tifel Harry, li llum għandu tliet snin.

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Il-Maltin tista' tgħid minn dejjem kienu wara Ira. Hi personalità maħbuba mmens u meta f'Jum l-Omm ta' tliet snin ilu ħabbret li qed tistenna lil Harry, in-nazzjon kollu feraħ. Feraħ magħha f'kull mument ta' ħajjitha.

Feraħ meta kisbet l-aħjar riżultat li Malta qatt kellha fil-Eurovision Song Contest u feraħ ukoll meta fil-kunċert ta' Joseph Calleja, intlemaħ ċurkett fuq id Ira. Hawnhekk, ħafna kienu waslu għal konklużjoni li Ira kienet engaged

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Ċertament li bl-aħbar taż-żwieġ ta' Ira u Sean, il-poplu għal darb'oħra ħa jifraħ magħhom. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ira u lil Sean iktar imħabba, abbundanza u kuntentizza f'ħajjithom.

Facebook/Ira Losco Fans


Nicole Barbara