Ir-rapper Malti Matthew Attard għadu kemm ippubblika filmat sentimentali bi kliem mill-qalb lil ommu l-għażiża f'għeluq sninha. Is-silta li ħejja hi bil-Malti u tibda minnufih bih jindirizza lil ommu u jibda juri l-apprezzament u l-gratitudni lejha għal kull m'għamlet miegħu.

Ir-rispons għal din is-silta kien wieħed enormi u tista' tgħid li l-filmat diġà beda jdur fuq il-mezzi soċjali. Fuq il-profil tiegħu meta ppubblika dan il-filmat, Matthew jikteb: "Ma xrajtlekx kartolina, għax kliemi nirrepjaħ. Happy Birthday ma."

 Ċertament li dan hu rigal kbir għal ommu li ser tibqa' tgħożż għal dejjem! Awguri mill-qalb!

Dawn huma l-lirika ta' din is-silta:

Illum f’din il-ġurnata,

Il-Ħamis il-ħdax ta’ Frar

Ma int ilqajtni lura meta jiena spiċċajt bla dar,

Ma int tipprotegini bħal ma Marija ghamlet ġo għar

Ma inti dħalt għalija meta jiena kont fin-nar

Ma inti tiehu hsiebi binhar u anke bil lejl

Imma ma taf li nhobbok b’imħabba li m'għandix kejl

Meta tlift l-għaziza nannti ħsibt li m ghandi lil ħadd

imma inti dort fuqi għidtli 'ibni ghandek lili inti għandek lil kulħadd'

u jekk tahseb illi ha ninsa dak kollu li tagħmel miegħi

tista' taqbad dak il-hsieb u lanqas biss tikkunsidrah ,

ma xtrajtlekx kartolina ghaliex kliemi nirrepjah

Marlon Polidano


Kyle Zarb