L-Isle of MTV huwa avveniment kbir mingħajr ħlas li ilu jsir Malta mill-2007, fejn matul is-snin fuq il-palk fuq il-Fosos tal-Furjana rajna diversi artisti kbar, fosthom David Guetta, Maroon 5, Jessie J, Jason Derulo, The Chainsmokers u oħrajn. Kemm ilu jsir dan il-kunċert dejjem attira diversi turisti f'pajjiżna u ġibed lejh ħafna żgħażagħ li għandhom għal qalbhom il-mużika. 

Dan il-kunċert ilu sentejn sħaħ ma jsir minħabba l-pandemija imma aktar kmieni din is-sena ġie mħabbar li l-Isle of MTV se jkun qed jerġa’ jsir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2022.

L-ewwel artist li ġie mħabbar huwa d-DJ ta’ fama internazzjonali Marshmello, li pproduċa diversi kanzunetti fosthom Alone, Happier u Silence. Apparti minn hekk sal-lum tħabbar li se jkollna lil French Montana, BBN$, Mae Muller u l-kantant lokali Shaun Farrugia!

Shaun Farrugia huwa l-istess kantant li għamel suċċess enormi bil-kanzunetta Starlight, li ħadem flimkien mad-DJ ta' fama mondjali, Martin Garrix. Apparti minn hekk fuq il-palk tul is-serata ser jitilgħu kantanti Maltin Aidan, Gaia Cauchi, Enya Magri, u Maxine Pace. 

Mużika ta' stoffa ser nisimgħu mingħand DJs u mużiċisti lokali bħal Miggy, Supre, Debrii, ZRINZ and Koroma. 


Kyle Zarb