Il-kantanta lokali Valeria Sultana (Marie Valerie) kitbet dwar is-suċċess li kiseb il-ġeru tagħha Flay De Cristal. Flay minn Malta ġie fit-tieni post fost il-ġriewi kollha tad-dinja waqt kompetizzjoni bl-isem FCI International Spring Dog Show CACIB Zagreb.

Flay

Ritratt: Valeria Sultana

Hu klassifika fit-tieni post fil-kategorija Best in Show Puppy. "Grazzi ħafna lill-ġurija talli vvutaw għaċ-ċkejken tiegħi jibrilla. Grazzi immens mingħandi u minn Malta."

Riżultati Flay

Ritratt: Online Dog Shows.eu

Xerrdet ritratti tal-okkażjoni kif ukoll filmat li juri l-mumenti sbieħ li kellhom ma' Flay. Ara l-filmat HAWN

Valeria Sultana


Gwida.mt