Hemm ħafna li qed jistennew b'ħerqa l-istaġun li jmiss tas-sensiela L-Għarusa u kollox jindika li dawk li jsegwu din is-sensiela, ħa jkunu qed igawdu minn prodott b'saħħtu ferm. Davide Tucci f'dan il-filmat jgħid kif il-produzzjoni din is-sena mxiet pass 'il quddiem, fi kliemu stess "ħa jkun prodott aħjar mis-sena li għaddiet".

Davide jistqarr li "iktar ma tinvesti f'xi ħaġa iktar ħa tieħu minnha" u l-investiment li Sharp Shoot Media qed jagħmlu fis-sensiela L-Għarusa huwa wieħed evidenti. Hemm tim sħiħ ta' nies li qed jaħdmu biex jaraw il-prodott jikber. It-telespettaturi jistgħu jixhdu dan, hekk kif raw il-prodott ta' din id-dar tal-produzzjoni jisaħħaħ minn sena għal oħra.

Davide infatti jsostni: "jien għalija L-Għarusa huwa pass 'il quddiem fl-industrija Maltija tat-televiżjoni." X'għandna nistennew aktar mill-att ta' produzzjoni... u l-istorja ta' Diego kif ħa tkompli?


Emil Calleja Bayliss