Waqt Illum ma' Steph, kienu mistednin l-aħwa Faniello, Fabrizio u Claudia. Meta naraw liż-żewġt aħwa fuq it-televiżjoni dejjem tkun okkażjoni ħelwa hekk kif it-tnejn li huma għandhom karattru taz-zokkor.  

Stephanie xtaqet lil Claudia biex tiġi fuq il-programm biex tagħti sorpriża għall-okkażjoni ta' għeluq sninu li ġej fi ftit jiem. Claudia u Fabrizio żvelaw waqt l-intervista li ser ikunu qed joħorġu xi ħaġa ġdida flimkien f'għeluq il-25 sena. 

Fabrizio tkellem ukoll dwar is-sapport li dejjem sab f'Claudia u fil-familja kollha speċjalment f'mumenti diffiċli.

Steph tagħlaq il-programm billi tiżfen waħda mal-aħwa Faniello korjografija li ġiet ippubblikata fuq TikTok tal-kanzunetta I'm In Love li għadu kif reġa' ħareġ Fabrizio.

Araw daqsxejn din l-intervista sabiħa immens! 


Kyle Zarb