Melanie Kelly titkellem mal-attur Brian Farrugia, li beda fid-drama ta’ età pjuttost kbira u ħadem minn wara l-kwinti ħafna aktar minn kemm ħadem fuq il-palk jew quddiem il-kameras.
Brian nafuh bħala l-ispettur Leonard iżda min hu midħla tal-pantomima bil-Malti tista’ tgħid ikun ħerqan biex jarrah f’xi parti jew oħra.
Hu jitkellem dwar it-tqala ta’ martu u kif hu spiċċa jħoss ċerti sintomi partikolari li tħoss mara tqila. "Bdejt inħoss affarijiet li jħossu n-nisa meta joħorġu tqal... xħin sirt naf li tqila bdejt ma norqodx lejl sħiħ."
Brian jgħid li kienet l-iktar ħaġa li xtaq minn dejjem li jsir missier. Meta ġrat milli jidher ħalliet l-impatt u affettwatu b'dal-mod li beda jħoss affarijiet differenti.
Brian isemmi kif minkejja l-isfidi li naffaċċjaw, għandna nħarsu lejn il-ħajja minn lenti pożittiva. Waqt il-podcast se tiskopru dan u aktar.
Segwu aktar hawn taħt: