Idea mill-isbaħ li żgur se tiġbed l-attenzjoni tal-adulti u l-attenzjoni tat-tfal. Dan għaliex l-ispazju ta' madwar l-iskejjel primarji ta' din l-lokalità ngħataw dehra tassew vivaċi li żgur li se tinżel tajjeb ma' kulħadd!

Is-Sindku ta' Ħaż-Żabbar Jorge Grech jikteb, "Dehra ġdida u ambjent isbaħ madwar l-iskejjel primarji tagħna f'Ħaż-Żabbar. Illum bdejna xogħol ta' tpinġijiet artistiċi b'temi, mużikali, għarfien u tradizzjonijiet. Dan il-proġett qed jiġi iffinanzjat minn fondi miksuba ta' Mobilita aħjar minn Transport Malta."

Prosit tassew! Nieħdu gost naraw proġetti bħal dawn li barra li jagħtu dehra mill-isbaħ lil lokalità, jgħinu biex jgħallmu u joħolqu aktar interess fil-ġenerazzjonijiet futuri. Idea mill-aqwa!


Emil Calleja Bayliss