Ilbieraħ kien jum importanti għall-koppja Kevin u Maria Francesca, hekk kif iċċelebraw għeluq sninha. Apparti li jiċċelebraw din id-data, Kevin u Maria Francesca ħadu ħsieb jaħsbu f'dawk li mill-bidu nett ta' ħajjithom kienu hemm għalihom - ommhom.

"Ilbieraħ bdejna jum għeluq snin Maria billi żorna lil ommijietna ċ-ċimiterju. Kienet l-aqwa mod kif nibdew il-ġurnata, għax naf li t-tnejn jgħixu f'qalbna." Xerred anke ritratti tagħhom waqt din iż-żjara sabiħa li bdew il-jum biha.

Prosit tassew - ġest sabiħ immens!


Kyle Zarb