L-attur Mark Doneo ħabbar li matul dawn l-aħħar xhur reġa' beda jikteb għat-televixin. Fil-fatt, is-sena d-dieħla se jkunu qed jinħarġu film ġdid kif ukoll sensiela ġdida li t-tnejn li huma se jkunu miktubin minnu.
"Ilni ma nikteb sensiela għat-televixin sa mill-2007," saħaq Mark Doneo f'intervista waqt BundyTime.
B'karriera mill-itwal fix-xena lokali tal-ispettaklu, Doneo jibqa' magħruf l-iżjed bħala l-moħħ wara produzzjonijiet bħal Solitaire, Shelly Rayner, L-Ispettur Lowell, Id-Dar Tas-Soru kif ukoll Hemm Dar Il-Qala li lkoll kienu kisbu suċċess kbir.
Prosit, Mark!
Sors: TVMi / BundyTime
Ritratti: Facebook / Mark Doneo