Illum qed tiċċelebra għeluq sninha Mary Rose Vella Haber. Kif ħafna jafu Mary Rose tiġi mart l-attur u direttur, Michael Vella Haber. Rajniehom saħansitra jieħdu sehem fl-istess produzzjonijiet kemm-il darba. 

Lil Mary Rose rajnieha bħala attriċi hi stess fosthom waqt Emilja u Ħbieb u Għedewwa. Għall-okkażjoni ta' għeluq sninha, Michael xtaq jikteb lil martu messaġġ mill-qalb. "Awguri f'għeluq sninha llum tmur għal marti Mary Rose... ħafna xewqat sbieħ. Gawdi l-ġurnata tiegħek!"

Xerred anke ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn flimkien, li għalih irċevew anke diversi kumplimenti minn bosta segwaċi. Awguri minn qalbna f'isem Gwida.mt Mary Rose.


Kyle Zarb