Skont avviż li ġie ppubblikat fuq il-paġna Gozo Highspeed, jidher li l-vjaġġi kollha t'għada kellhom jiġu kkanċellati minħabba l-kundizzjonijiet tal-baħar.

Il-paġna kitbet, “Il-vjaġġi kollha tħassru minħabba kundizzjonijiet mhux favorevoli tal-baħar”, li ovvjament jagħmluha perikoluża li jaqsmu bejn Malta u Għawdex.

Għal-lum, għadhom qed isiru vjaġġi skont l-iskeda tas-soltu bejn il-port tal-Belt Valletta u l-port tal-Imġarr. S'issa ma ngħatawx aġġornamenti dwar jekk il-vapur hux se jopera mill-Ħamis 29 ta' Frar 'il quddiem.

Minkejja dan, il-vapur tal-Gozo Channel li jaqsam bejn iċ-Ċirkewwa, Malta u l-Imġarr, Għawdex għadha ppjanata li topera bħas-soltu.


Kyle Zarb