Il-kok lokali Daniel Borg Cardona qasam ritratt ta' missieru u sellilmlu, hekk kif ħabbar il-mewta tiegħu lil dawk kollha li jsegwuh. Missier Daniel ma kienx preżenti f'ħajtu u hu jitkellem dwar dan anke fil-post fejn sellem il-memorja tiegħu.

Hu jibda, "Anke jekk inti abbandunajtni ħafna snin ilu xorta dejjem nirrispettak bħala missieri. Strieħ fis-sliem papà. Għal 20 sena ppretendejt li ma affettwatnix, kienet diffiċli ħafna li nikber mingħajr missier."

Daniel ikompli jistqarr, "Nixtieq li tkun taf ir-raġel li sirt illum. Min jaf forsi fl-aħħar kont taċċettani. Imma qatt ma sibt iċ-ċans u qatt mhu se jiġi. Strieh fil-paċi."

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Daniel. Ninsabu ċerti li hu mument ta' emozzjonijiet diversi, emozzjonijiet xejn faċli. Kuraġġ.

Facebook / Daniel Borg Cardona


Emil Calleja Bayliss