Il-Membru Parlamentari Edward Zammit Lewis sellem il-memorja ta' tabib maħbub immens, speċjalment fi ħdan Birkirkara, Peter Fenech. Hu jsemmi fost il-kwalitajiet sbieħ tiegħu, u jesprimi gratitudni għall-appoġġ li dejjem sab fih.

"Ħalliena t-Tabib Peter Fenech. Persuna li ta servizz kbir lis-servizz tas-saħħa Malti u kien iħobb ħafna lil Birkirkara. Kien ta servizz u anke serva fl-ewwel Kunsill Lokali tiegħu. Persuna li kien ġar tiegħi f’B’Kara, tabib tal-familja tagħna u rani nikber. Dejjem kien ta’ appoġġ kbir fil-karriera politika tiegħi."

Strieħ fis-sliem Tabib Peter Fenech. Kondoljanzi mill-qalb lill-familjari, qraba u ħbieb.

Facebook/ Edward Zammit Lewis


Kyle Zarb