In-numru 1579 huwa disponibbli għal dawk il-persuni kollha li jħossu l-ħtieġa ta' xi forma ta' għajnuna fl-isfond ta' kriżi psikoloġika.

Ġie rrappurtat kif matul dawn l-aħħar sena u nofs, din il-linja rċeviet aktar minn 10,000 telefonata mingħand persuni b'problemi ta' dipressjoni jew solitudni.

Uħud mit-telefonati kienu anke jinkludu persuni bil-vizzju tad-droga.

Din il-helpline nazzjonali ġiet imwaqqfa proprju sena u nofs ilu mill-Ministeru għas-Saħħa, bit-tir li jiġu megħjuna persuni bi problemi ta' natura psikoloġika.


Cristian Tonna