Martin Sapiano jagħmel telefonata b’ċajta live waqt il-programm lil Emmy. Dan jilgħaba ta’ anzjan bl-isem falz ta’ Peter ta’ 81 sena u jistqarr li jinsab nervuż u qed jitriegħed għaliex qiegħed ikellem lil Emmy. Dan jirrispondih li jifhem għaliex l-univers kien jitriegħed quddiem id-divinità.
Peter jistaqsi dwar kemm ħa ndumu sabiex inġibu l-Herb Immunity. Emmy jirrispondi li ma jistax jifhem li daqsxejn ta’ poplu ser idum daqshekk sabiex jiġi vvaċċinat u jappella lill-awtorità sabiex jieħduha bl-ikbar serjetà.
Peter jerġa’ jistaqsi dwar l-effetti mhux desiderati u jesprimi l-konċern tiegħu li l-vaċċin tista’ tingħata fil-warrani. Emmy jserraħlu rasu li l-warrani huwa post fejn wieħed għandu kuxin u ma għandux iweġġa’ daqstant jekk jieħu l-vaċċin f’dan il-post.
Segwi l-bqija tat-telefonata hawn taħt:
Facebook / Serataron