L-istilla lokali AIDAN ħabbar l-ewwel kunċert tant mistenni bl-isem ‘The Show’, live fl-MFCC, Ta’ Qali, il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju.

Se jkun l-unika kunċert sħiħ ta’ AIDAN fl-2024, u flimkien ma’ greatt, l-avveniment ta’ darba se jinkludi fih l-akbar suċċessi ta’ AIDAN li ddominaw ir-radju fosthom 'Naħseb Fik', 'Ritmu', 'Reġina', 'Pupa' u ‘Juliette' li bħalissa tinsab fin-numru 1 ta' Malta. Dawk kollha li jattendu se jkollhom iċ-ċans li jesperjenzaw it-tip ta’ spettaklu mill-aqwa li AIDAN huwa magħruf għalih.

AIDAN qal; "Ninsab eċitat ħafna bl-ewwel kunċert kollu tiegħi fuq il-palk, u nwiegħed li se nagħtu wieħed mill-aqwa spettakli lokali li qatt saru f’Malta."

Mark Grech minn greatt stqarr li l-intenzjoni tal-kumpanija kienet dejjem li toħloq produzzjonijiet u avvenimenti memorabbli li jistgħu jgħollu x-xena tad-divertiment lokali. Il-kollaborazzjoni ma' AIDAN hija aktar minn unur għalina u nistennew bil-ħerqa li npoġġu dan l-avveniment fl-iskeda annwali.

Il-biljetti se jkunu għall-bejgħ nhar it-Tnejn 15 ta’ April fl-10:00 u se jkunu disponibbli minn fuq www.showshappening.com.


Gwida.mt