Il-paġna uffiċjali tal-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbet dwar it-tradizzjoni tas-seba’ viżti li ssir bejn il-Ħamis filgħaxija u s-Sibt filgħodu.

Spjegaw, “Ilbieraħ filgħaxija, f'Ħamis ix-Xirka, ħafna Nsara għamlu s-seba' viżti fil-knejjes tagħna waqt li talbu u rriflettew fuq il-passjoni ta’ Kristu. Din it-tradizzjoni ssir fil-ħinijiet li fihom l-Ewkaristija Mqaddsa tkun fit-tabernaklu fuq l-altar tar-repożizzjoni, mill-Ħamis filgħaxija sas-Sibt filgħodu. F’kull waqfa, l-Insara jitolbu u jqimu lil Ġesù fl-Ewkaristija u jikkontemplaw is-seba’ stazzjonijiet li għadda minnhom Ġesù fil-Passjoni tiegħu sal-mewt fuq is-salib.”

Ippubblikaw ukoll ritratti tal-knejjes imżejnin il-ġmiel tagħhom lesti għal din it-tradizzjoni speċjali.

Hija tradizzjoni tassew speċjali li tfakkarna fis-sagrifiċċju li bata Ġesu għalina qabel ma qam mill-mewt. Intom għamiltuhom is-seba viżti?

Facebook / Archdiocese of Malta


Gabriella Borg