L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jirrapporta kif Malta rat żieda qawwija fit-turiżmu matul Settembru, fejn laqgħet 361,015-il turist, żieda ta’ 20.7% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.

Waqt li ppubblikaw dawn iċ-ċifri, żiedu wkoll li l-maġġoranza tal-viżitaturi waslu għal skop ta' divertiment, bi 339,497 jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ vaganza, filwaqt li 15,078 ġew għal skop ta' negozju.

L-ammont ta' flus li nefqu t-turisti laħaq livell għoli mill-ġdid, fejn qabeż it-€385.8 miljun f’Settembru biss, li jfisser żieda ta’ 24.1% fuq is-sena ta’ qabel. Dan issarraf f’ammont medju ta’ €154.80 kull lejl.

Għawdex u Kemmuna komplew jattiraw parti sostanzjali ta’ dawn it-turisti, b’1.63 miljun viżitatur għażlu li jesploraw il-gżejjer, li jammontaw għal 59.1% tal-wasliet totali minn Jannar sa Settembru.


Kyle Zarb