Fuq il-paġna magħrufa tal-Facebook, Aġġornament tat-Temp, ġie mħabbar li l-gżejjer Maltin se jintlaqtu minn 3 maltempati differenti.

L-ewwel maltempata “qiegħda fuq Tunis u qegħda tintesifika u fejn aktar tard il- lejla ser ittina xi xita. Għalhekk dalgħodu il Ħadd mhix prevista xita. Bħalissa riħ huwa forza 4 għal 5 Grieg ilvant. Fejn ġà għadna temperatura ta' 20°C u li ser titla 25°C.Tard il- lejla jdur ilbic. U mistennija xi xita mal- lejl ukoll. Din ser tippersisti sa għada Tnejn filgħod,” huma kitbu.

It-tieni maltempata ġejja minn fuq Sqallija u ser tintesifika t-Tnejn wara nofsinhar b’riħ Grigal u se ddum sa sbieħ l-Erbgħa filgħodu.

It-tielet maltempata ser toħloq maltempkbir minn għada fuq Sqallija u b’hekk l-effett fuq Malta se jinħass nhar il-Ħamis.

Dan ifsser li prattikament ġejja ġimgħa kollha xita.

Facebook/Aġġornament tat-Temp


Bernard Xuereb