Għaddew 14-il sena minn meta l-poplu qam maħsud bl-aħbar li ħames żgħażagħ tilfu ħajjithom. Ħafna kienu li qasmu r-ritratt ta' dawn il-ħames żgħażagħ biex ifakkru din id-diżgrazzja.

Ritratt: Facebook / Joseph Barber Bonavia

Numru ta' nies kitbu: "Il-ħames anġli tagħna fis-sema" biex iselllmu l-memorja tagħhom. Fl-2008, kien ukoll sar monument ġewwa pajjiżhom fil-Qrendi biex jibqa' jfakkar il-memorja ta' dawn iż-żgħażagħ.

"Ftit snin ilu, iddedikajt din il-kanzunetta b'memorja għal dawn iż-żgħażagħ. Tibqgħu dejjem f'qalbna David, Fabio, Osvaldo, Mark u Chris." Hekk kitbet il-kantanta lokali sena ilu fuq il-paġna ta' Facebook, meta qasmet din il-kanzunetta li żgur tmiss bosta u bosta qlub.

Il-Membru Parlamentari Julia Farrugia Portelli li dak iż-żmien kienet ġurnalist fuq ONE kitbet: "Bħal llum 14-il sena tlifna ħamest itfal mill-Qrendi. Fost l-agħar bulletin tal-aħbarijiet li qrajt filgħaxija." 

F'isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta' dawn iż-żgħażagħ li tilfu ħajjithom traġikament, ċertament li l-weġgħa għadha tinħass fost il-poplu Malti!

Facebook / Julia Farrugia Portelli


Emil Calleja Bayliss