Il-vjaġġ beda għat-48 edizzjoni tal-Għanja Tal-Poplu, festival li llum sab post fil-kalendarju kulturali lokali. Tony Micallef, ilbieraħ kien fuq il-programm ta' Għaddi S'Hawn ta' Antonella Vassallo fejn ħabbar li għall-edizzjoni ta' din is-sena, kellhom 120 kanzunetta li applikaw għalilh.

Ir-riżultat tal-40 kanzunetta semifinalista għandu joħroġ sa għada 17 t'April, biex b'hekk il-kantanti ta' dawk il-kanzunetti jidhru quddiem ġurija live fejn jinterpretaw il-kanzunetti tagħhom live. Din il-fażi mistennija ssir fl-4 ta' Mejju u fil-5 ta' Mejju biex minn hemm il-ġurija jagħżlu s-16-il kanzunetta finalista tal-Għanja tal-Poplu tal-2024.

Il-festival ta' din is-sena se jsir fit-3 t'Awwissu. Tony Micallef jgħaddi kelmtejn dwar il-festival fejn jgħid, "Il-karatteristika tal-Għanja tal-Poplu hu li jmiss il-polz tal-poplu. Tul is-snin kien hemm temi differenti li wrew is-sensittivita tal-awturi u tal-kompożituri."

Il-kanzunetta rebbieħa tas-sena li għaddiet kienet Il-Baħħ u Jien kantata minn Christian Arding, b'kompożizzjoni u lirika ta' Natasha u Charlene Grima. Kanzunetta b'messaġġ b'saħħtu mmens li wieħed jista' jsegwi hawn taħt.

Segwu l-programm tal-bieraħ fejn dehret din l-intervista HAWN.

Facebook / L-Għanja tal-Poplu


Gwida.mt