Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, ALS Malta u l-banda ta' Versatile Brass ser jerġgħu jingħaqdu biex jiġbru aktar fondi b'risq Dar Bjorn.

Il-kunċert Versatile & Friends for ALS 2019 ser isir nhar l-Erbgħa 4 ta' Settembru fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta mis-19:30 'l quddiem.

ALS

Il-lista ta' artisti li ser jingħaqdu flimkien f'dan il-kunċert hija twila, iżda fost l-aktar rinomati nsibu lil Ivan Grech, The Travellers, Glen Vella, Amber, Ira Losco, Michela, Owen Leuellen u ħafna aktar!

Id-dħul għall-kunċert huwa b'xejn iżda l-voluntiera ser ikunu qed jilqgħu donazzjonijiet mal-entratura. Biex wieħed isegwi l-kunċert aħjar, jista' jixtri l-biljetti VIP minn HAWN.

L-għan ta' Dar Bjorn huwa li ttejjeb il-kwalita ta' ħajja ta' persuni bl-ALS, MS u b'kundizzjonijiet newroloġiċi.

Facebook / Versatile & Friends for ALS 2019


Luke Borg