Ilbieraħ assistejna għat-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest, semifinali li fiha rajna l-kantanta Maltija permezz ta' Loop tikkompeti għall-post fil-finali ta' għada s-Sibt 11 ta' Mejju. Semifinali kienet meqjusa diffiċli u ċ-ċans li pajjiżna jgħaddi ma kienx daqstant favorevoli.

Id-djar tal-imħatri sa qabel ilbieraħ bdew jixħtuna fl-aħħar post, iżda wara provi b'saħħithom minn Malta u wirja eċċezzjonali minn Sarah, pajjiżna tpoġġa fil-11-il post mad-dar tal-imħatri. Iżda xorta ma kienx imnalla, għax Sarah permezz ta' Loop spiċċat eliminata mill-kompetizzjoni.

Tajjeb li ngħidu li d-djar tal-imħatri mhux dejjem jaqtgħu. Infatti ċ-ċans li l-Latvja tgħaddi għall-finali kien ta' 15%, u d-djar tal-imħatri bdew ipoġġu l-kanzunetta l-aħħar iżda xorta rnexxielha tagħmilha għall-finali!

Il-pajjiżi li rebħu post fil-finali huma: l-Armenja, l-Awstrija, l-Estonja, il-Ġorġja, il-Greċja, l-Iżrael, il-Latvja, l-Olanda, in-Norveġja u l-Isvizzerra.

Min kien il-favorit tiegħek minn dawn?


Emil Calleja Bayliss