Ilbieraħ sar l-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest ġewwa Malmo l-Isvezja. Spettaklu kkulurit li fih tista' tgħid li rajna xi ftit minn kollox. Min għoġbu u min maqdru, li ħareġ ċar mill-ispettaklu tal-bieraħ hu li l-Eurovision inbidel immens minn kif konna nafuh!

L-avventura ta' għaxar pajjiżi tkompli s-Sibt li ġej, filwaqt li l-ħolma li jaslu sal-finali intemmet għal ħames pajjiżi oħra. Il-pajjiżi li rnexxielhom jaslu sal-finali huma, il-Kroazja, l-Ukrajna, il-Litwanja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Ċipru, il-Portugall, is-Serbja u l-Islovenja.

Sfortunatament l-avventura tal-Polonja, l-Awstralja, il-Moldova, l-Ażerbajġan u l-Islanda intemmet fis-semifinali. Id-dar tal-imħatri qatgħu 9 minn 10 pajjiżi. Il-pajjiż li kien mistenni jgħaddu u baqa' barra kien il-Polonja, filwaqt li l-Islovenja kienu s-sorpriża tas-serata.

Kellek xi kanzunetta favorita mill-kanzunetti tal-bieraħ?


Emil Calleja Bayliss