Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Clifton Grima għadu kif addotta kelba bl-isem ta' Pippa mill-gżira Għawdxija.

Hu addottaha fl-aħħar jum tas-sena 2020 u skont l-animal welfare, din il-kelba kienet għand anzjana li sfortunatament ġiet nieqsa u spiċċat bla saqaf fuq rasha. Ċertament li issa sabet mhux biss persuna waħda li tħobbha iżda familja sħiħa li lesta tagħtiha l-kenn u toffrilha l-imħabba li għandha bżonn.

B'żewġt itfal żgħar u kelba żgur li l-familja Grima ħa jkunu mħabbtin imma ċertament li t-tfal tal-Onorevoli jinsabu fis-seba' sema'.

Facebook / Clifton Grima


Emil Calleja Bayliss