Il-parteċipant ta’ The Masked Singer Malta, Xandru Grech, ġie mistieden fuq TVAM biex jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu.
Hu qal, “Ma nafx inkanta imma qaluli m’iniex ħażin... jien qatt ma prattikajt... għalija kienet esperjenza fejn tgħallimt xi ħaġa fuqi għax qatt ma kont naf inkanta jien. Mhix xi ħaġa faċli jekk qatt ma prattikajt.”
Hu spjega kemm hi importanti l-anonimità fuq dan il-programm tant li min jagħmillek l-ilbies biss ikun jaf min int, “Programm differenti għax ma tkunx taf min huma l-oħrajn. Vera programm anonimu, ħadd ma jkun jaf min int... minn mindu tibda trid tilbes il-maskla mit-taxi sakemm tasal fl-istudio. Qiegħed ġo taxi tipprova tispjegalu tinkwetax jiena sejjer fuq programm mhux ħa nipprova nagħmel xi hold-up jew hekk! Jiena bbukkjajtu t-taxi ġifieri ma naħsibx li kienu ppreparati.”
Żied jgħid, “Xtaqt li domt iktar għax kienet esperjenza li naħseb iktar ma tagħmel iktar ħa titgħallem minnha imma ġiet u ħadtha.”
Qal ukoll kelmtejn profondi, “Il-ħajja x’inhi? L-esperjenzi kollha li ħa jkollna f’ħajjitna... l-istorja tagħna, il-ktieb tagħna, dik hi l-ħajja.”
Facebook / TVAM