It-telfa ta’ annimal li prattikament ikun membru tal-familja hija sitwazzjoni tal-qsim il-qalb għal dawk kollha li esperjenzawha. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru Parlamentari Stanley Zammit tkellem dwar dan, hekk kif riċentament kellu jsellem lil Jimmy, il-qattus tal-kunjati u ħu l-qtates tiegħu.

Hu qal, “Ħalliena Jimmy. F’dawn l-aħħar jiem kellna nieħdu deċiżjoni diffiċli — poġġejna lil Jimmy jistrieħ għall-aħħar darba. Jimmy, il-qattus tal-kunjati u ħu t-tliet qattes tagħna, bħal ħutu, kien membru veru tal-familja: dejjem ġentili, mimli mħabba, u jħobb jgħannaq u jitgħannaq.”

Żied, “Il-mod kalm kif kien jersaq ħdejna biex iħossna aħjar, it-tbissima li kien iġib fuq fomm kulħadd, u l-imħabba bla kundizzjoni tiegħu ser jibqgħu magħna għal dejjem. Jimmy, grazzi tat-3 snin ta’ ferħ u mħabba pura. Strieħ ħabib żgħir tagħna - għal dejjem f'qalbna.”

Facebook/Stanley Zammit


Charlton Cefai