Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Matteo. Matteo għalaq 8 snin, u iddeċieda li jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares.

Huma bdew billi qalu, “awguri kbira lil matteo Giuseppe Fenech li llum għalaq 8 snin. Illum niċċelebraw mhux biss il-ġurnata tant speċjali tiegħek, imma wkoll qalbek li hija tant kbira.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “Minnflok Rigali għal għeluq sninu, Matteo iddeċieda li jagħti mitt ewro mill-flus tiegħu stess lil Puttinu. Verament kburin bik!”

Awguri kbira f’jum għeluq sninek, Matteo u verament prosit ta’ dan il-ġest sabiħ. Persważ li ser isservi ta’ eżempju għal bosta tfal u anke adulti.


Charlton Cefai