Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam messaġġ qasir li fih ħafna x’tifhem. Naturalment, qed ngħixu f’dinja fejn messaġġ jasal in-naħħa l-oħra tad-dinja f’qasir żmien, u persważ li lkoll kemm aħna nirċievu jew forsi niltaqgħu ma’ xi messaġġi fuq il-midja soċjali li jaħarquna.
Hu qal, “Ġieli tirċievi messaġġ jew xi tip ta’ komunikazzjoni li taħarqek, forsi għax tħossa nġusta. Biż-żmien titgħallem taqra, tirrifletti u taħseb u ġieli dak li jaħarqek bir-riflessjoni li tkun għamilt tifhmu aħjar.”
Temm billi qal, “Għalhekk importanti li naħsbu u nifhmu sew qabel nirreaġixxu għax ġieli l-għaġla tkompli tgħaffeġ is-sitwazzjoni.”
Facebook/Oliver Scicluna