Żewġ reality tv shows li m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni mal-Maltin huma Liquorish u Love Island, li t-tnejn li huma jintwerew fuq it-televiżjoni t-Tnejn, għalkemm Love Island jintwera kuljum barra l-Ġimgħa. Huma żewġ programmi b’kunċetti differenti iżda t-tnejn li huma rnexxielhom jservu ta’ pjattaforma għal reality stars Maltin li lkoll kisbu suċċess wara li ħadu sehem f’dawn il-programmi.

Fuq Liquorish naraw programm mimli avventura fejn il-kundizzjonijiet tal-parteċipanti huma differenti ħafna minn dawk ta’ Love Island. F’Liquorish naraw il-parteċipanti f’avventura iebsa, muntanji, ikel diffiċli jittiekol u kundizzjonijiet diffiċli. F’Love Island naraw tfajliet u ġuvintur jgħixu ġewwa villa għal numru ta’ ġimgħat f’kumdita kbira, pool, xemx u sfidi anqas ħorox minn ta’ Liquorish.

Għalkemm iż-żewġ programmi huma ta’ suċċess kbir u t-tnejn li huma huma maħbubin minn bosta, liema minnhom hu l-favorit tiegħek?


Charlton Cefai