Infrastructure Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni importanti rigard xi toroq li se jkunu magħluqin. Tajjeb li dawk li jiffrekwentaw dawn in-naħħat jieħdu nota ħalli jiġi evitat ħafna diażappunt.

Huma qalu, “Xogħol matul il-lejl L-Erbgħa u l-Ħamis (22 u 23 ta’ Mejju 2024, mit-8pm sal-5am) in-niżla li tgħaqqad il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli ma’ Triq Telgħet Birkirkara, San Ġiljan se tkun magħluqa għal xogħlijiet t’ asfalt. Jekk jogħġbok ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u uża rotta alternattiva minn Triq Mikiel Anton Vassalli lejn Triq Reggie Miller, San Ġiljan. Grazzi tal-koperazzjoni.”


Charlton Cefai