Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facbook Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ sabiħ li jgħin lil bosta nies f’bosta sitwazzjonijiet tal-ħajja. Fil-ħajja kollox jgħaddi, u tajjeb li wieħed iżomm dan f’moħħu

Hu qal, “"Dan ukoll se jgħaddi". Kienet in-nanna li għallmitni dawn l-għeżież kliem, biex nuża fi kwalunkwe mument tal-ħajja.”

Żied jgħid, “Meta kollox ikun jidher iebes b'mod irriversibbli, meta kollox ikun jidher tal-biża, imma wkoll meta kollox ikun jidher mill-isbaħ u meraviljuż, għid bejnek u bejn ruħek dan il-kliem: "Dan ukoll se jgħaddi". B'dan il-mod inkunu qed nagħtu lill-affarijiet il-valur ġust tagħhom...”

Facebook/Nicholas Briffa


Charlton Cefai