Programm li kiseb popolarita kbira f’pajjiżna huwa bla dubju Love Island fejn fih bosta persuni single jidħlu ġo villa jfittxu l-imħabba ta’ ħajjithom. Mistoqsija fuq fomm bosta hija jekk tkunx possibli li jkun hemm koppji LGBTIQ+ f’dan il-programm, ħaġa li ġrat aktar minn darba f’verżjonijiet ta’ Love Island f’pajjiżi differenti. Riċentament, il-profucer ta’ Love Island Martina Zammit tkellmet ma’ Sidestreet fejn qalet li qed jaħdmu dwar dan.

Lovin Malta tkellmu magħha fejn hi ikkonfermat li din hija ħaġa li tixtieq tesplora. Qalet li kif inhu Love Island bħalissa ma jippemettix dan li jiġri, iżda semmiet ukoll programmi bħal I kissed a girl u I Kissed a Boy. Qalet li din hija haġa li qed jaħdmu fuqha.


Charlton Cefai