Iż-żeffien Luke Brincat żgur li mhux wiċċ ġdid, is-sena l-oħra rajnieh jiżfen waqt il-live shows ta' X Factor Malta u kien ukoll parti mill-vidjow mużikali ta' Michela fil-kanzunetta tal-Eurovision Song Contest Chameleon.

View this post on Instagram

A post shared by L U K E • B R I N C A T (@l_u_ke_) on

Waqt li kien qed jilgħab fuq il-programm Ħadd Għalik, Luke spiċċa jirrakonta dak li ġralu ġewwa l-Kroazja. Hu kien qed iżur dan il-pajjiż ma' ħabiba tiegħu u ddeċidew li jestendu l-vaganza tagħhom b'ġurnata!

Luke jgħid li qabdu taxi u dan talabhom madwar 500 ewro malli waslu l-ajruport! Huma baqgħu xxokkjati għax qatt ma stennew li ħa jitla' daqshekk! Luke qal li hu u ħabibti spiċċaw ġibdu dak kollu li kellhom u ħallsuh xi 400 u xi ħaġa!

View this post on Instagram

A post shared by L U K E • B R I N C A T (@l_u_ke_) on

Kellhom jgħaddu ftit ħin mhux ħażin b'seba' ewro biss! Angie bi tbissima qaltlu li min ikun ħa jsiefer miegħu ma jħallix f'idejh sabiex jieħu ħsieb it-taxis u l-flus! Fl-istess ħin għamlu appell li wieħed tajjeb li jiċċekja l-affarijiet minn qabel! Żbalji bħal dawn jgħallmuna!


Emil Calleja Bayliss