Uħud mill-kantanti lokali jibqgħu attivi fix-xena wara li jmorru l-Eurovision Song Contest filwaqt li oħrajn jiddeċiedu li jagħtu importanza lil affarijiet oħra f’ħajjithom. Dan ma jfissirx li jkunu telqu l-mużika għal kollox għax meta jkollok passjoni, il-passjoni tibqa’ hemm imma forsi ma jkunx iż-żmien li taqsamha ma’ ħaddieħor.

Fi status fuq Facebook, il-kantanta u pjanista li rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2003 bil-kanzunetta To Dream Again, ta’ Alfred Zammit u Cynthia Sammut tellgħet status tirringrazzja lil Ħallieq għall-opportunità li kellha dawn l-aħħar għaxar snin fejn iddeċidiet li tiffoka fuq xi ħaġa kemxejn differenti mill-mużika.

Il-kantanta tgħid, dan kien vjaġġ sabiħ, għaxar snin minn meta iddeċidejt li nibda karriera oħra li kelli npoġġi fil-ġenb minħabba l-esperjenzi tal-mużika, minħabba l-fatt li kienet omm u għanijiet oħra li wettqet grazzi għal familja u ħbieb viċin tagħha. Għaxar snin taħdem fil-qasam legali kif dejjem ħolmot.

Każ ċar li sabiħ li toħlom u twettaq il-ħolm tiegħek, ma jfissirx li persuna għandu jkollu ħolma waħda f’ħajtu imma tajjeb li jkollu ħolm differenti u jaħdem sabiex kull ħolma li għandu f’ħajtu l-persuna jwettaqha bl-aħjar mod possibli. Dejjem tajjeb li tipprova, l-aħjar ħaġa fil-ħajja hi li twettaq dak li verament tixtieq tagħmel. Xejn aktar.

Facebook / Lynn Faure


Emil Calleja Bayliss