Jidher li Claudia Faniello dil-ġimgħa sabet ruħha ġewwa l-Azerbajġan, attendiet tieġ hemm u spiċċat anke tkanta. Claudia kantat il-kanzunetta When It's Time, jidher li din kienet il-kanzunetta li laqqgħet lil Claudia mal-għarus li żżewweġ din il-ġimgħa.

View this post on Instagram

A post shared by HUSSE_INN (@husse_inn) on

Claudia ħadet sehem bl-istess kanzunetta fil-Malta Eurovision tas-sena 2013 għalkemm dik is-sena ma kinitx fost il-kanzunetta rebbieħa, Claudia ċertament li rebħet l-ammirazzjoni ta' Husseyin Aliyev, li hu midħla sew tal-Eurovision u kemm-il darba kien parti mit-tim tal-Azerbajġan.

Mir-riċerka li għamilna aħna ta' Gwida jidher li fost il-kantanti mistiedna jkantaw f'dan it-tieġ kien hemm żewġ kantanti li ħafna minnkom jiftakru. Dawn ma kienu ħadd ħlief, Eldar u Nilgar, magħrufa aħjar bħala Ell & Nikki li rebħu l-Eurovision fl-2011 bil-kanzunetta Running Scared. Barra dawn it-tnejn, kien hemm ukoll żewġ kantanti li kellhom iċ-ċans jirrapreżentaw lil pajjiżhom l-Azerbajġan fil-Eurovision Song Contest inkluż Eldur u Samir.


Emil Calleja Bayliss