Il-preżentatur Owen Bonnici laqa' lil Sean u Claire fuq is-sufan tas-sett tal-programm popolari Prime Time u beda billi saqsiehom dwar l-irqad tagħhom. Sean Gravina qal li fil-weekend ma tantx jorqod minħabba xogħolu u meta jorqod ma tantx jorqod fil-fond. B'mod sarkastiku imma ċajtier, Owen staqsa lil Claire jekkx meta tasal fl-età tagħha tibqax torqod sew.

Claire weġbitu: "Kemm hu kiesaħ..." u qaltlu li l-irqad hija xi ħaġa li wirtet mill-mamà tagħha u li iva toħlom ukoll. Claire Agius Ordway u Owen Bonnici ilhom ħbieb snin twal minħabba li kienu parti mit-tim komiku ta' Zoo. Mid-dehra Owen ilu jaqbad ma' Calire dwar l-età minn meta kienet ħafna żgħar.

Sean qal li ma tantx jiftakar x'joħlom iżda meta jkollu xi ħolma sabiħa li jiftakar, iqum u jipprova jkompli joħlomha u jimmaġinaha. Mistoqsija minnhom lil Sean kienet "Jekk xi ħadd joħlom bit-tfajla tiegħek tiddejjaq?" Pront pront Sean qallu li jwieġeb: "Għidli l-istorja!" Iżda Sean ġieli ħolom b'ħol ieħor u anke Claire għaliex hija xi ħaġa ovvja. Araw ftit x'kellhom x'jgħidulu Sean u Claire lil Owen, għall-mistoqsijiet differenti li staqsiehom; mistoqsijiet li forsi mhux soltu nitkellmu dwarhom.

Ritratt: Facebook/ Owen Bonnici


Clifford Galea