Il-Ħadd li għadda fuq il-midja soċjali tfaċċaw ritratti ta' numru ta' nies li waqfu jiċċassaw jipprovaw jifhmu eżatt x'qed jiġri. Dawn ir-ritratti qed juru mumenti minn Teatru Gallarija, fejn l-atturi Mario Spiteri magħruf aħjar bħala s-Snits, Leontine Spiteri u George Micallef ferrħu lil dawk preżenti bil-kummiedja tagħhom mill-gallarija tal-Banda King's Own fi Triq ir-Repubblika.

Din ma kinitx l-unika okkażjoni għax kif wieħed jista' jara mir-ritratti t'hawn taħt, ir-residenti Beltin u dawk li nzertaw kienu fil-belt kapitali gawdew minn aktar spettaklu. Dan jidher li hu proġett tal-Valletta Cultural Agency, proġett ferm innovattiv li jidher li qed jinżel għasel ma' dawk li jinzertawh.

Żgur li inizjattiva bħal din tgħin sabiex tqajjem aktar il-belt kapitali tagħna.

Facebook / Valletta Cultural Agency


Emil Calleja Bayliss