Marija Sara Vella Gafà tgħid, "Wasal iż-żmien li b'mod serju u tanġibbli nsibu bilanċ bejn id-delizzji Maltin u l-ħarsien tal-ambjent.Ħafna nies qed ikellmuni dwar il-preżenza qawwija, jew esaġerata, ta’ Rangers fil-kampanja. Saħansitra fi propjetà privata fejn ma tkun għaddejja l-ebda illegalità."

Hi żżid, "Filwaqt li rridu nipproteġu l-ambjent, irridu wkoll naraw li min għandu delizzju jkun jista' jipprattikah komdu, fil-parametri tal-liġi. Wasal iż-żmien li nkunu ċari dwar xi dritt għandu wieħed jidħol fi propjetà privata għall-fini ta' ħarsien ambjentali. B'regoli ċari, innaqsu kunflitti inutli."

F'post separata oħra hi tikteb, "L-interess li qanqal il-kumment preċedenti jindika kemm hu importanti li niddiskutu dan is-suġġett. L-appell tiegħi huwa favur il-bilanċ bejn it-tgawdija tal-ambjent naturali u l-infurzar tal-liġijiet. L-appell tiegħi huwa kontra kull abbuż."

Hi żżid, "Ma nibżax nitkellem, minkejja li qed jgħiduli minn kollox. Li jien kontra l-ambjent, li għandi xi agenda moħbija, eċċ. Il-verità hi li qed niltaqa’ ma’ kull tip ta' nies li huma kkonċernati b’din is-sitwazzjoni."

Maria ttenni, "Jeħtieġ jinstab bilanċ, u dan jista’ jinstab biss billi jkun hemm xi ħadd imexxi din id-diskussjoni. Lesta nkompli nisma’, nifhem u nieħu azzjoni. Irridu naħdmu biex jinħoloq djalogu u mhux aktar argumenti inutli."

Facebook / Marija Sarah Vella Gafa


Emil Calleja Bayliss