L-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2024 huma miftuħin sat-2 ta’ Mejju 2024. Din is-sena SkolaSajf ser tiftaħ mill-10 ta’ Lulju sas-6 ta’ Settembru. Ser ikun hemm waqfa ta’ ġimgħa mit-12 t’Awwissu sas-16 t’Awwissu. Għall-istudenti tal-Primarja SkolaSajf tibda fl-10 ta’ Lulju u għat-tfal tal-Kinder tibda fil-11 ta’ Lulju.

Applikazzjoni timtela online fuq https://services.fes.gov.mt/ jew f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov. Freephone servizz.gov, jew fuq il-Freephone 153.

Is-sena li għaddiet kellhom 12,000 reġistrazzjoni ta' tfal. Il-programm varjat t’attivitajiet differenti żgur li hu popolari u bħal snin oħra, SkolaSajf se jkollhom l-involviment ta’ partners differenti – uħud minnhom iżuru ċ-ċentru u wħud minnhom jippreparaw attivitajiet differenti barra miċ-ċentru.

Apparti l-attivitajiet ippreparati mill-playworkers, fiċ-ċentru wkoll ikun hemm attivitajiet mill-playworkers tal-isports u mill-playworker tal-arti performattiva. Dawn jieħdu ħsieb attivitajiet relatati mal-isports, mużika, żfin u drama.

Il-ħin ta’ SkolaSajf hu mit-8.30 san-12.30. Barra minn hekk fis-sajf huma joffru wkoll is-servizz ta’ wara l-ħin fiċ-ċentri tal-klabb 3-16. Wieħed jista’ japplika billi jidħol fuq services.fes.gov.mt jew iżur wieħed mill-hubs tas-servizz.gov.

Importanti li l-ġenituri ittellgħu d-dokumenti kollha meħtieġa online. Importanti wkoll li l-ġenituri jaqraw tajjeb it-termini u kundizzjonijiet tas-servizz marbutin mal-applikazzjonijiet. 

Nota importanti li dawk kollha li jixtiequ japplikaw biex jaħdmu fi SkolaSajf, huma qed iffittxu nies imħarrġa biex jassisstu lit-tfal. Wieħed jista' jsib il-lista ta' xogħolijiet billi jżuru HAWN.


Gwida.mt