Il-programm tal-bieraħ ta' Awla kien iddedikat għal Puttinu Cares, li nhar il-Ġimgħa li ġej għandhom bżonn l-appoġġ u l-kontribut tal-poplu Malti u Għawdxi biex jinġabru donazzjonijiet għall-pazjenti u għall-missjoni ta' din il-komunità.
Wieħed mill-mistednin kien Sean Doublesin, missier li kellu jsiefer lil bintu, dak iż-żmien tarbija ta' erbat ijiem, lejn l-Ingilterra għall-kura. Bis-saħħa tal-midwife li kellhom magħhom huma skoprew l-għajnuna li toffri Puttinu Cares.
Sean jirrakkonta ma' Awla kif, "B’telefonata waħda mingħand Angele, sabu serħan il-moħħ. Fi ftit sigħat biss, waqt li kienu fl-ajruport, Angele marret tiltaqa’ magħhom u tathom iċ-ċavetta tal-appartament."
Segwi l-programm sħiħ HAWN