Waqt Bundytime l-atturi Louise u Mark Doneo jirrakkuntaw l-esperjenza li kellhom meta marru jaraw logħba ta’ Liverpool F.C. f’Anfield Stadium. Huma t-tnejn iħobbuh immens lil dan it-tim Ingliż, u għaldaqstant ikunu ħerqanin biex jattendu għal xi partita li jkollhom.
Louise tirrakkonta kif meta marru quddiem l-istadium raw minn fejn ħa jakkwistaw il-biljetti biex jaraw l-aħħar partita li kienu ħa jilagħbu fiha l-Liverpool. Sabu proxxmu li offrielhom jixtru l-biljetti, ħallsuh, u f'daqqa waħda sparixxa.
Mal-ħin ikkonfermaw li l-biljetti kienu foloz, u kellhom jagħmlu stqarrija ġol-lock up li kien hemm fl-istadium stess. "Mark ġo ċella, iu jien ġo ċella oħra. Staqsejtu, 'Ħa ndumu hawn?' Qalli, 'Ħu paċenzja'... Kwarta u għadna hemm!"
"Għaddew xi 20 minuta, u jiskorja wieħed mill-plejers... addio l-lock up, ħriġt niġri, kien hemm bieb ftaħtu, u ġejt fil-grawnd... l-isteward qalli, 'minn fejn ġejt?'" B'xi mod akkwistaw il-biljetti mingħand steward li kien hemm.
Segwu aktar fil-filmat:
Facebook/ Liverpool F.C.