Il-programm Come Dine With Me Malta daħal sew fir-rutina tal-pubbliku, hekk kif issa waslu fis-sitt ġimgħa, fejn ser niltaqgħu ma' ħames parteċipanti oħra! It-tim tal-programm xtaqu jesprimu kemm huma grati lejn it-telespettaturi kollha billi jirringrazzjawhom pubblikament.

"Grazzi talli ssegwu Come Dine With Me Malta kull ġimgħa. Il-kummenti pożittivi tagħkom u l-appoġġ kontinwu jfissru ħafna għalina," jikteb it-tim. Xerrdu ritratt mill-isbaħ li juri fost il-kummenti sbieħ li rċevew matul dawn il-ġimgħat.

Illejla nassistu għal bidu ta' rawnd ieħor ta' Come Dine With Me Malta, biex fil-ħamest ijiem li ġejjin insiru nafu ħames karattri oħra! 


Kyle Zarb